Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B7-0384/2012Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B7-0384/2012

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-malnutrizzjoni fil-pajjiżi Afrikani

29.6.2012

imressqa skont l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura

Sergio Paolo Francesco Silvestris

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-malnutrizzjoni fil-pajjiżi Afrikani

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A. billi l-investigazzjonijiet dwar is-saħħa pubblika wrew kif il-malnutrizzjoni fil-pajjiżi Afrikani hija l-kawża finali ta' madwar terz tat-tip ta' mard li jolqot lit-tfal taħt il-ħames snin;

B.  billi huwa importanti li titjieb is-sikurezza tal-ikel u tan-nutrizzjoni permezz ta' żieda fil-produzzjoni tal-ikel, għoti ta' edukazzjoni dwar in-nutrizzjoni lin-nisa u ż-żgħażagħ u tisħiħ tal-kapaċità tal-istituzzjonijiet nazzjonali u lokali;

C.  billi t-tnedija ta' proġett ġdid tas-sikurezza tal-ikel u tan-nutrizzjoni għan-nisa u ż-żgħażagħ Eġizzjani bil-għan li titnaqqas il-malnutrizzjoni għall-minorenni u jitħeġġu d-diversifikazzjoni u l-iġjene tal-prodotti tal-ikel, l-ippjanar tal-familja, it-treddigħ tal-ħalib mis-sider u prattiki kumplimentari tat-treddigħ;

D.  billi l-proġett se juża wkoll spots fuq ir-radju, vidjows u avvenimenti biex jgħaddu l-messaġġ ta' edukazzjoni dwar in-nutrizzjoni, filwaqt li n-nisa se jkunu offruti l-opportunità li jiltaqgħu ta' spiss ħalli jużaw l-għarfien li akkwistaw biex jippreparaw ikliet tajbin għas-saħħa bi frott u ħaxix li jikbru fil-ġonna tagħhom; billi, minn naħa tagħhom, anki l-membri tal-istaff tal-gvern lokali u l-ħaddiema tal-komunità lokali se jir  ċievu taħriġ dwar il-produzzjoni tal-ikel u n-nutrizzjoni;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni, fuq l-eżempju ta' dan il-proġett, biex flimkien mal-Unjoni Afrikana tipproponi inizjattivi simili fl-Istati Afrikani kollha.