Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B7-0385/2012Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B7-0385/2012

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-korsijiet ta' tagħlim dwar l-Ewropa fl-istituzzjonijiet skolastiċi

2.7.2012

imressqa skont l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura

Sergio Paolo Francesco Silvestris

B7‑0385/2012

Mozzjoni ta' riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-korsijiet ta' tagħlim dwar l-Ewropa fl-istituzzjonijiet skolastiċi

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi ċ-ċittadini Ewropej jafu b'mod approssimattiv ir-raġunijiet storiċi tat-twelid tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dwar l-ewwel persuni li kienu l-fundaturi tagħha u l-istadji li wasslu l-ewwel għall-bidu tal-Komunità Ewropea u mbagħad għall-Unjoni;

B.  billi għadha mhix affermata sew l-identità Ewropea fil-popolazzjonijiet tal-Istati Membri, l-aktar fil-kuntest ta' kriżi ekonomika li ħolqot idejat anti-Ewropej;

C. billi l-iskola għandha rwol fundamentali fil-formazzjoni tal-ġenerazzjonijiet il-ġodda fuq livell kulturali, storiku u ta' identità, fil-kompletezza tas-suġġetti differenti;

D. billi l-Kunsill Ewropew ta' Lisbona ta' Marzu 2000 irrikonoxxa r-rwol importanti li għandha l-istruzzjoni bħala parti integrali tal-politiki ekonomiċi u soċjali, strument li jsaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa fuq livell mondjali u garanzija ta' koeżjoni tas-soċjetajiet tagħna u tal-iżvilupp sħiħ taċ-ċittadini;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni biex matul il-perjodi skolastiċi tinċentiva korsijiet ta' edukazzjoni dwar l-Ewropa fl-istituzzjonijiet kollha tal-Istati Membri ħalli tissensibilizza l-ġenerazzjonijiet il-ġodda ta' ċittadini Ewropej lejn sentiment u identità komuni.