MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar tip ġdid ta’ operazzjoni għall-kataretti
2.7.2012
Sergio Paolo Francesco Silvestris
B7‑0386/2012
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar tip ġdid ta’ operazzjoni għall-kataretti
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi saħħa tajba hija essenzjali għall-benessri fiżiku u mentali ta' kull ċittadin;
B. billi minkejja l-organizzazzjoni u l-għoti ta' servizzi tas-saħħa huma f’idejn l-Istati Membri individwali, l-Unjoni Ewropea tagħti valur miżjud għall-azzjoni tagħhom li jikkoordinaw bejniethom l-azzjonijiet ta’ Stati Membri differenti biex jiġu affrontati flimkien il-problemi komuni bħat-tixjiħ demografiku u l-problemi tas-saħħa assoċjati magħhom,
C. billi l-katarretti hija marda li 95 % tal-pazjenti b’iżjed minn 65 sena jħabbtu wiċċhom magħha peress li hija marda marbuta primarjament max-xjuħija;
1. Jistieden lill-Kummissjoni tapprofondixxi, tippromwovi u eventwalment tiffinanzja l-innovazzjoni riċenti tas-sistema ta' projezzjoni intraokulari li tippermetti lill-kirurgu, li matul l-operazzjoni għall-kura tal-katarretti, iqiegħed bi preċiżjoni kbira l-lenti intraokulari grazzi għal viewfinder virtwali. Permezz ta' din l-innovazzjoni fil-fatt, u fit-twettiq tal-operazzjoni bl-użu tal-mikroskopju, il-kirurgu jista' simultanjament jara sovraposta, minħabba li projettata fir-retina nnifisha, immaġini li kapaċi tmexxih fil-pożizzjonament ottimali tal-lenti fl-għajn tal-pazjent.