Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B7-0411/2012Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B7-0411/2012

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-użu mill-ġdid ta' tajers mikulin

3.7.2012

imressqa skont l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura

Cristiana Muscardini

B7‑0411/2012

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-użu mill-ġdid ta' tajers mikulin

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi hemm ġlieda kontra t-traffiku illegali ta' materjali li jagħmlu ħsara u li jniġġsu;

B.  billi fl-Italja jaslu tunnellati ta' tajers mikulin bl-użu li jiġu depożitati f'siti għar-rimi tal-iskart abbużivi li jinsabu l-aktar fin-naħa tan-nofsinhar tal-Pajjiż u b'hekk iżidu s-suq illegali li diġà jiffjorixxi sew lejn il-pajjiżi Asjatiċi u Afrikani u billi din il-problema teżisti wkoll f'ħafna pajjiżi tal-Unjoni;

C. billi l-perikli għas-saħħa li ġejjin mis-sustanzi tossiċi li hemm f'dawn id-depożiti u mit-tixrid tal-kriminalità organizzata;

D. billi f'Settembru, fl-Italja, inħoloq konsorzju bejn diversi produtturi famużi tat-tajers, li fi żmien ftit xhur irkupra u t-tratta madwar 190 elf tunnellata ta' lastku tat-tajers u ttrasformah f'materjal għall-bini, f'attrezzatura għat-toroq urbani u għall-grawnds sportivi;

E.  billi l-hekk imsejjaħ konsorzju ffirma ftehim mal-Aġenzija tad-Dwana biex jiġġieled it-traffiku illegali ta' tajers;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri jikkollaboraw mal-uffiċjali tad-dwana lokali u mal-konsorzji jew entitajiet li jiġġestixxu r-rimi u l-irkupru biex ikun sorveljat it-traffiku illegali ta' tajers li jkunu mikulin.