Proċedura : 2012/2829(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B7-0520/2012

Testi mressqa :

B7-0520/2012

Dibattiti :

PV 22/11/2012 - 6
CRE 22/11/2012 - 6

Votazzjonijiet :

PV 22/11/2012 - 13.17
CRE 22/11/2012 - 13.17
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0462

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 122kWORD 53k
20.11.2012
PE493.715v01-00
 
B7-0520/2012

imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2014 (2012/2829(RSP))


Carlo Casini f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2014 (2012/2829(RSP))  
B7‑0520/2012

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 10 u 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 10 u 11 tal-Att rigward l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Settembru 1976, kif emendata(1),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni ta'... 2012 dwar l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2014,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi fil-livell tal-Unjoni, iċ-ċittadini huma rappreżentati direttament mill-Membri tal-Parlament Ewropew;

B.  billi l-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni;

C. billi l-President tal-Kummissjoni Ewropea jiġi elett mill-Parlament fuq proposta mill-Kunsill Ewropew, li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza kwalifikata, li għandu jqis ir-riżultat tal-elezzjonijiet għall-Parlament u jkun wettaq il-konsultazzjonijiet xierqa qabel ma jagħmel in-nomina tiegħu;

D. billi l-Kummissjoni, bħala korp, għandha tkun obbligata tagħti rendikont ta' għemilha lill-Parlament Ewropew.

E.  billi l-Parlament il-ġdid jeħtieġ biżżejjed żmien biex jorganizza ruħu qabel l-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni;

F.  billi biex il-Kummissjoni l-ġdida tkun lesta li tibda fil-kariga tagħha fl-1 ta' Novembru 2014, l-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni għandha ssir f'Lulju 2014 matul is-sessjoni parzjali kostitwenti tal-Parlament;

G. billi l-Parlament jivvota l-approvazzjoni tiegħu tal-kulleġġ sħiħ tal-Kummissarji wara li jkun sema' lill-kandidati proposti mill-Kunsill bi qbil komuni mal-President elett, abbażi tas-suġġerimenti magħmula mill-Istati Membri;

1.  Iħeġġeġ lill-familji politiċi Ewropej jinnominaw kandidati għall-Presidenza tal-Kummissjoni u jistenna li dawk il-kandidati jkollhom rwol ewlieni fil-kampanja elettorali tal-Parlament; jenfasizza l-importanza li tissaħħaħ il-leġittimità politika kemm tal-Parlament kif ukoll tal-Kummissjoni billi tinħoloq rabta bejn l-elezzjonijiet rispettivi tagħhom u l-għażla tal-votanti;

2.  Jistieden lill-President futur tal-Kummissjoni jiżgura li jintlaħaq bilanċ bejn is-sessi fil-Kulleġġ tal-Kummissarji li jmiss;

3.  Jitlob lill-Kunsill jikkonsulta mal-Parlament dwar l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet jew bejn il-15 u t-18 ta' Mejju jew inkella bejn it-22 u l-25 ta' Mejju 2014;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri.

 

(1)

Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/ECSC, KEE, EURATOM (ĠU L 278, 8.10.1976, p. 1.) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/81 (ĠU L 33, 9.2.1993, p. 15.) u b’Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, EURATOM (ĠU L 283, 21.10.2002, p. 1.).

Avviż legali - Politika tal-privatezza