Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B7-0127/2013Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B7-0127/2013

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-ksur tad-drittijiet tal-minoranzi fl-Afrika t'Isfel

6.3.2013

imressqa skont l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura

Philip Claeys

B7‑0127/2013

Mozzjoni għal riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar il-ksur tad-drittijiet tal-minoranzi fl-Afrika t'Isfel

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-vjolenza riċenti mwettqa mill-pulizija fl-Afrika t'Isfel tindika li l-Istat qed jiddegrada;

B.  billi l-minoranzi ta' oriġini Ewropea qed jisfaw vittmi ta' omiċidji mwettqa fil-farms, li diġà ħallew 3 000 ruħ mejta; billi, fil-laqgħat tal-ANC, jitkantaw innijiet bi kliem bħal ‘kill the Boer, kill the farmer’;

C. billi huwa essenzjali, għall-provvista tal-ikel u għall-impjiegi rurali, li jkun hemm settur tal-biedja stabbli, iżda billi l-gvern ħabbar esproprjazzjonijiet obbligatorji ta' art li jfakkru f'dawk li seħħew fiż-Żimbabwe;

D. billi aktar u aktar ċittadini bojod tal-Afrika t'Isfel qed jisfaw vittmi tal-hekk imsejħa diskriminazzjoni pożittiva, li qed twassal għall-ħarba tal-imħuħ lejn pajjiżi oħrajn;

E.  billi l-gvern tal-ANC qed ineħħi ħafna ismijiet storiċi ta' bliet, irħula u toroq, inklużi ismijiet li oriġinaw mijiet ta' snin qabel is-snin tal-apartheid; billi dan jikkostitwixxi ksur tal-obbligi li aċċettat l-Afrika t'Isfel permezz tar-ratifika tagħha tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-20 ta' Ottubru 2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli jħeġġu l-Gvern tal-Afrika t-'Isfel jirrispetta u jħares id-drittijiet tal-minoranzi;

2.  Jappella li l-għajnuna lill-Afrika t'Isfel tkun bil-kundizzjoni li jintlaħaq dan l-objettiv.