MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 129kWORD 220k
6.1.2014
PE527.172v01-00
 
B7-0002/2014

imressqa skont l-Artikolu 87a (3) tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2013)06284 – 2013/2863(DEA))


Kumitat għall-Baġits

 
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

(Artikolu 51)

Korapporteurs: Ingeborg Gräßle u Crescenzio Rivellini

Alain Lamassoure

f’isem il-Kumitat għall-Baġits

Michael Theurer

f'isem il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit


Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2013)06284 – 2013/2863(DEA))    
B7‑0002/2014

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2013)06284) – 2013/2863(DEA),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 210 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 87a(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-mudell tar-regolament finanzjarju għall-korpi ta’ sħubija pubblika-privata, kif adottat mill-Kummissjoni fit-30 ta' Settembru 2013 fil-forma ta' att delegat skont l-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, jipprevedi li s-sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat (inklużi l-biċċa l-kbira tal-impriżi konġunti attwali) se jirċievu kwittanza indiretta, peress li huma soġġetti għall-proċedura ta' kwittanza tal-Kummissjoni;

B.  billi l-Parlament m'għandux jitlef il-prerogattivi tiegħu li jagħti kwittanza bi qbil mal-interpretazzjoni u l-prattika attwali, b'mod partikolari l-prerogattiva tiegħu li jagħti kwittanza lil kull impriża konġunta u/jew sħubija pubblika-privata individwalment sabiex tinżamm it-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika lejn il-kontribwenti Ewropej;

C. billi l-Qorti tal-Awdituri esprimiet dubji dwar il-proposta, minħabba li modifika ta' element tant sostanzjali tista' tnaqqas il-viżibbiltà u l-effikaċja tal-ħidma ta' awditjar imwettqa fir-rigward ta' dawn il-korpi importanti;

D. billi għadu ma ġiex iċċarat liema kriterji għandhom japplikaw għad-definizzjoni tal-impriżi konġunti u s-sħubijiet pubbliċi-privati;

1.  Joġġezzjona għar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2013)06284) – 2013/2863(DEA);

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u jinnotifikaha li r-regolament ta' delega ma jistax jidħol fis-seħħ;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tivvaluta d-dispożizzjonijiet ta' kwittanza għas-sħubijiet pubbliċi-privati, u tippreżenta proposta leġiżlattiva u/jew tadotta att delegat emendat li jindirizza din il-kwistjoni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

 

(1)

ĠU L 298, 26,10.2012, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza