Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B7-0183/2014Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B7-0183/2014

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar ir-riforma tal-qasam soċjali fiċ-Ċina

13.2.2014

imressqa skont l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura

Sergio Paolo Francesco Silvestris

B7‑0183/2014

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-riforma tal-qasam soċjali fiċ-Ċina

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi sa minn tmiem is-snin sebgħin, il-gvern Ċiniż ta bidu għal għadd ta' riformi istituzzjonali u politiċi, maħsuba qabel kollox biex jirriformaw is-sistema soċjali tal-pajjiż;

B.     billi diversi riformi saru bl-iskop li jkunu eliminati l-ostakoli li jfixklu l-mobbiltà tal-ħaddiema u biex ikun promoss il-livell massimu ta' impjiegi; billi objettiv ieħor tal-ħidma tal-gvern kien dak li jissaħħu l-mekkaniżmi tal-protezzjoni soċjali;

C.     billi fir-riformi tal-aħħar snin, il-gvern Ċiniż ikkonċentra fuq il-bżonn li jistimola l-investimenti u l-opportunitajiet indaqs;

D.     billi minkejja l-bosta passi 'l quddiem, iċ-Ċina għad trid tagħmel ħafna titjib, f'dak li jirrigwarda l-iżvilupp tal-kapital uman, l-iżvilupp tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi umani, is-sostenibbiltà finanzjarja, u l-mobbiltà u l-ġustizzja soċjali; billi, mhux b'inqas, iċ-Ċina għandha taffaċċja l-problema tal-popolazzjoni li qiegħda tixjieħ;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni ddaħħal il-politiki soċjali fl-aġenda tas-sħubija maċ-Ċina, billi tippromwovi l-iskambju ta' prattiki tajba u billi tiffavorixxi r-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari dawk imniżżla fil-Kapitolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.