Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B7-0310/2014Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B7-0310/2014

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-esklużjoni tar-reġjun tal-Veneto mill-użu tal-fondi Komunitarji għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ

8.4.2014

imressqa skont l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura

Mara Bizzotto

B7‑0310/2014

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-esklużjoni tar-reġjun tal-Veneto mill-użu tal-fondi Komunitarji għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi fl-okkazzjoni tas-Summit tas-27 u t-28 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill Ewropew iddeċieda li jalloka, mill-1 ta' Jannar 2014, EUR 6 miljun għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, f'konformità mal-linji gwida tal-inizjattiva favur l-impjieg taż-żgħażagħ (Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ), bil-prospett li dan l-ammont jiżdied għal EUR 8 miljun;

B.     billi, skont dak li ġie stabbilit mill-Kunsill stess, huma biss ir-reġjuni Erwopej b'rati ta' qgħad fost iż-żgħażagħ li jaqbeż il-25 % li se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn dawn ir-riżorsi;

C.     billi li r-reġjun Taljan tal-Veneto, b'popolazzjoni żagħżugħa qiegħda ta' 200 000, ma jistax jibbenefika mill-finanzjament, minħabba li il-valur tal-perċentwal taż-żgħażagħ bla impjieg huwa ta' 8.6 % u għalhekk, jaqa' taħt il-limitu minimu ta' 25 %;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni tirriformola t-termini għall-allokazzjoni tal-fondi, b'tali mod li anke ż-żgħażagħ mir-reġjun tal-Veneto jkunu jistgħu jibbenefikaw minnhom.