Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B7-0326/2014Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B7-0326/2014

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-ħarsien tal-kultura Griega f'Istanbul

9.4.2014

imressqa skont l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura

Mara Bizzotto

B7‑0326/2014

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħarsien tal-kultura Griega f'Istanbul

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-komunità Griega ta' Istanbul, li fl-ewwel nofs tas-seklu għoxrin kienet tgħodd mijiet ta' eluf ta' ċittadini, ċkienet drastikament minħabba l-persekuzzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet Torok u llum fiha madwar tlett elef membru;

 

B. billi kważi l-iskejjel Griegi kollha kellhom jagħlqu minħabba nuqqas ta' studenti;

 

C. billi hemm riskju konkret li l-kultura Griega ta' Istanbul, li tmur lura eluf ta' snin, tispiċċa għal dejjem;

 

1. Jistieden lill-Kummissjoni taħdem biex it-Turkija tħares il-minoranza Griega u l-minoranzi kollha li mhumiex Musulmani.