Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B7-0376/2014Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B7-0376/2014

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar ir-reviżjoni tal-politika ta' finanzjament għal pajjiżi terzi

10.4.2014

imressqa skont l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura

Mara Bizzotto

B7‑0376/2014

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-reviżjoni tal-politika ta' finanzjament għal pajjiżi terzi

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 15, 18, 26, 27, 30, 33, 36, 38, 42 u 43 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jiddefinixxu l-kompetenzi tar-Rappreżentant Għoli u jistabbilixxu s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi fis-6 ta' Marzu 2013 erba' Membri tal-Parlament Ewropew (Ivo Vajgl, Vicente Miguel Garcés Ramón, Willy Meyer u Isabella Lövin), li kienu qed jippreparaw biex jibdew iż-żjara tagħhom fis-Saħara tal-Punent sabiex jiltaqgħu mar-rappreżentanti tal-popolazzjoni lokali, ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u organizzazzjonijiet mhux governattivi, tkeċċew mill-awtoritajiet Marokkini u ġew iddikjarati personae non gratae;

B.     billi l-Membri tal-Parlament Ewropew ma jirrappreżentawx biss l-Ewropa iżda wkoll iċ-ċittadini Ewropej kollha li tellgħuhom fil-Parlament b'mod demokratiku;

C.     billi l-UE talloka miljuni ta euro f'finanzjamenti għall-Marokk skont il-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat;

 

1.      Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-politika tagħha fir-rigward tal-pajjiżi terzi sabiex tiżgura li l-UE ma tieħux biss ir-rwol ta' sempliċi fornitur tar-riżorsi, u jeħtieġ li pajjiżi li qed jibbenefikaw mill-assistenza finanzjarja jew minn relazzjonijiet bilaterali eqreb jibqgħu leali lejn l-Unjoni, lejn il-valuri fundamentali u lejn ir-rappreżentanti tagħha.