Proċedura : 2014/2860(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0149/2014

Testi mressqa :

B8-0149/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 23/10/2014 - 7.7
CRE 23/10/2014 - 7.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2014)0045

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 128kWORD 55k
30.9.2014
PE537.051v01-00
 
B8-0149/2014

imressqa skont l-Artikolu 101(3) tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li timplimenta l-Ftehim Ewropew konkluż mill-Unjoni tan-Navigazzjoni Interna (EBU), l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Kaptani (ESO) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (COM(2014)0452 – 2014/2860(RSP))


Marita Ulvskog f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal direttiva li timplimenta l-Ftehim Ewropew konkluż mill-Unjoni tan-Navigazzjoni Interna (EBU), l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Kaptani (ESO) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (COM(2014)04522014/2860(RSP))  
B8‑0149/2014

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Kunsill li timplimenta l-Ftehim Ewropew konkluż mill-Unjoni tan-Navigazzjoni Interna (EBU), l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Kaptani (ESO) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (COM(2014)0452),

–       wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 155(2) tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni tan-Navigazzjoni Interna (EBU), l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Kaptani (ESO) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni,

–       wara li kkunsidra l-fatt li l-Ftehim kien jinkludi talba konġunta lill-Kummissjoni biex timplimentah permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar proposta mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 155(2) tat-TFUE,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 101(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.     billi l-Artikolu 155(1) tat-TFUE jagħti l-possibilità lis-sħab soċjali fil-livell tal-UE, jekk hekk jixtiequ, li jibdew djalogu li jista' jwassal għal relazzjonijiet kuntrattwali, inklużi ftehimiet;

B.     billi l-Artikolu 155(2) tat-TFUE jiddisponi li l-ftehimiet konklużi fil-livell tal-UE jistgħu jkunu implimentati fuq talba konġunta mill-partijiet firmatarji, b'deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni;

1.      Jilqa' l-fatt li, għalkemm l-Artikolu 155(2) tat-TFUE ma jipprevedix li l-Parlament jiġi kkonsultat fir-rigward tat-talbiet magħmula lill-Kummissjoni mis-sħab soċjali, il-Kummissjoni ressqet il-proposta tagħha quddiem il-Parlament u talbitu jikkomunika l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni u l-Kunsill;

2.      Jilqa' l-fatt li l-Ftehim kif ġie konkluż mis-sħab soċjali u l-proposta tal-Kummissjoni jipprevedu biss rekwiżiti minimi, li jħallu lill-Istati Membri u/jew is-sħab soċjali liberi li jadottaw miżuri li jkunu aktar favorevoli għall-ħaddiema fil-qasam ikkonċernat;

3.      Jirrakkomanda l-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni;

4.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lis-sħab soċjali konċernati.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza