MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar razza ġdida tal-virus tal-influwenza avjarja, A-H5N6, li tolqot it-tjur Asjatiku
6.11.2014
Mara Bizzotto
B8-0227/2014
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar razza ġdida tal-virus tal-influwenza avjarja, A-H5N6, li tolqot it-tjur Asjatiku
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi razza ġdida tal-virus tal-influwenza avjarja bl-isem A-H5N6 laqtet it-tjur tax-Xlokk tal-Asja;
B. billi l-virus tal-influwenza huma f'rikombinazzjoni kostanti u jistgħu jittrasformaw ruħhom f'theddid potenzjali ġdid;
C. billi, skont il-veterinarju kap tal-FAO, l-A-H5N6 hija partikolarment preokkupanti, kemm għax ġiet identifikata f'postijiet ferm 'il bogħod minn xulxin kif ukoll għax hija patoġena ħafna;
1. Jistaqsi lill-Kummissjoni liema strateġija ta' trażżin biħsiebha tadotta biex tevita li l-virus jolqot it-tjur Ewropew.