MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 116kWORD 49k
10.11.2014
PE537.134v01-00
 
B8-0230/2014

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-inugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-inugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel  
B8‑0230/2014

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi fl-Ewropa n-nisa jridu jaħdmu 59 ġurnata iżjed fis-sena biex jaqalgħu l-istess paga li jaqla' raġel u li, fis-settur medjatiku, jaqalgħu madwar 16 % anqas mill-irġiel;

B.     billi, fl-2013, fil-bordijiet tad-diretturi tal-kumpaniji prinċipali kkwotati fil-borża tal-Unjoni Ewropea, in-nisa rrappreżentaw biss is-17.8 % filwaqt li n-nisa li kellhom il-kariga ta' president ma qabżux l-4.8 %, u li l-perċentwal ta' nisa bi rwol ta' kap eżekuttiv kien saħansitra iktar baxx u filfatt kien ta' 2.8 %;

1.      Jistaqsi lill-Kummissjoni kif fi ħsiebha tintervjeni biex tneħħi din l-inugwaljanza fil-pagi.

Avviż legali - Politika tal-privatezza