Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0231/2014Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0231/2014

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar it‑tixrid tal‑"grooming" u dwar il‑ħarsien tal‑utenti minorenni tan‑netwerks soċjali

10.11.2014

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Mara Bizzotto

B8‑0231/2014

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it‑tixrid tal‑"grooming" u dwar il‑ħarsien tal‑utenti minorenni tan‑netwerks soċjali

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi Twitter, Google u Facebook, barra milli huma netwerks soċjali popolari, saru anki strument perikoluż biex il-minorenni jiġi llixkati – l-hekk imsejjaħ grooming – u għat-tpartit ta' materjal pedopornografiku; billi l-użu tal-Internet biex jiġu llixkati minorenni qiegħed kontinwament jespandi u jirrigwarda dejjem aktar ta' spiss lill-minorenni;

B.     billi mill-istħarriġ ippubblikat dan l-aħħar mill-ECPAT International (End Child Prostitution, Child Pornography and Trafficking of Children for Sexual Purposes) u mwettaq fuq 131 student joħroġ li 90 % tal-kampjun fetħu profil fuq Facebook qabel il-limitu minimu ta' 13-il sena impost min-netwerk soċjali, żewġ studenti minn kull klassi għandhom aktar minn 1 200 "ħabib(a)", 60 % rċevew kummenti ta' natura sesswali u 90 %, f'każ ta' periklu online, ma jgħidux lill-ġenituri għax jibżgħu mir-reazzjoni tagħhom;

1.      Jitlob lill-Kummissjoni tagħti bidu lil azzjonijiet intiżi li jiġġieldu l-fenomenu tal-grooming fl-Ewropa;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi użu korrett u responsabbli tan-netwerk bil-għan li ma jkunx għajn ta' periklu għaż-żgħażagħ u għall-utenti minorenni.