MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 123kWORD 54k
14.11.2014
PE537.145v01-00
 
B8-0241/2014

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-projbizzjoni tal-ilbies tal-velu Iżlamiku sħiħ fl-ispazju pubbliku


Dominique Bilde, Sophie Montel, Marine Le Pen, Marie-Christine Arnautu, Marie-Christine Boutonnet, Mireille D'Ornano, Mylène Troszczynski, Mara Bizzotto

Proposta ta' riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-projbizzjoni tal-ilbies tal-velu Iżlamiku sħiħ fl-ispazju pubbliku  
B8-0241/2014

Il-Parlament Ewropew,

 

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari t-Titolu III, l-Artikolu 23 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel,

 

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni 43835/11 "S.A.S. c/France" tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1 ta' Lulju 2014 li ltaqgħet fl-Awla Manja,

 

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 

A.wara li kkunsidra li l-kwistjoni tal-ilbies tal-velu Iżlamiku sħiħ għan-nisa fil-Punent iqajjem kontroversja;

 

B.wara li kkunsidra li l-Iżlam huwa reliġjon antika ta' erbatax-il seklu, li n-niqab għandu biss 70 sena u li l-użu tal-velu sħiħ mhuwiex stabbilit fil-Koran;

 

C.wara li kkunsidra li Franza u l-Belġju jipprojbixxu l-ilbies tal-velu sħiħ fl-ispazju pubbliku u li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fid-deċiżjoni tagħha msemmija hawn fuq tal-1 ta' Lulju 2014, iġġuddikat bħala leġittimu t-test ta' liġi li jipprojbixxi l-ilbies tal-velu sħiħ fi Franza;

 

D.wara li kkunsidra li l-projbizzjoni tal-ilbies tal-velu Iżlamiku sħiħ tiggarantixxi s-sigurtà pubblika billi tippermetti li tiġi vverifikata l-identità ta' persuna fil-postijiet pubbliċi;

 

E.wara li kkunsidra li din il-projbizzjoni tassigura l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa billi topponi viżjoni patrijarkali tas-soċjetà;

 

1.  jesiġi l-projbizzjoni tal-ilbies tal-velu Iżlamiku sħiħ fl-ispazju pubbliku permezz tal-uniformizzazzjoni tar-regoli Ewropej;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

Avviż legali - Politika tal-privatezza