MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 115kWORD 47k
17.11.2014
PE537.148v01-00
 
B8-0242/2014

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar iż-żieda fir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Italja


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar iż-żieda fir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Italja  
B8-0242/2014

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi, skont l-istimi preliminari maħruġa mill-Istat, fl-Italja r-rata tal-qgħad taż-żgħażagħ ta' bejn il-15-il sena u l-24 sena laħqet l-44,2 % (l-ogħla ċifra mill-1977), filwaqt li l-ammont ta' żgħażagħ qiegda jilħaq is-710 000;

1.      Jitlob lill-Kummissjoni timplimenta miżuri biex jgħinu liż-żgħażagħ Taljani qiegħda u biex inaqqsu r-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fil-pajjiż inkwistjoni, filwaqt li jtejbu s-sitwazzjoni fis-suq tax-xogħol;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni ddaħħal fis-seħħ strumenti bl-għan li jiggarantixxu futur għaż-żgħażagħ Taljani u Ewropej, futur li huwa mhedded minn din il-kriżi soċjali u ekonomika bla preċedent.

Avviż legali - Politika tal-privatezza