MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 112kWORD 61k
17.11.2014
PE537.149v◄►
 
B8-0243/2014

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-enteropatija ta' sensittività għall-glutina u r-riskji tagħha għall-fertilità tan-nisa u t-tqala


Mara Bizzotto

B8-0243/2014 Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-enteropatija ta' sensittività għall-glutina u r-riskji tagħha għall-fertilità tan-nisa u t-tqala  

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-enteropatija ta' sensittività għall-glutina hija intolleranza ta' natura ġenetika li tinvolvi organi bħall-musrana, il-fwied, it-tirojde, il-ġilda u s-sistema riproduttiva;

B.     billi llum saret marda relattivament komuni (waħda minn kull 300 persuna fl-Ewropa tal-Punent);

C.     billi l-enteropatija ta' sensittività għall-glutina tista' tikkomprometti l-ħajja riproduttiva tan-nisa li jintlaqtu minnha u tikkawża dewmien fil-pubertà, infertilità, amenorrea u menopawża qabel iż-żmien; billi, skont studji kliniċi u epidemjoloġiċi, in-nisa tqal li jkollhom din il-marda għandhom riskju akbar li jkorru, li mat-twelid it-trabi jkunu jiżnu inqas milli suppost u li l-perjodu tat-treddigħ ikun iqsar min-normal; billi l-enteropatija ta' sensittività għall-glutina twassal ukoll għal assorbiment fqir u nuqqas ta' elementi li huma essenzjali għall-iżvilupp tal-embrijun, bħall-ħadid, l-aċidu foliku u l-vitamina K;

1.      Jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa għodod preventivi u dijanjostiċi għal dawn il-problemi, li superfiċjalment biss jidher li mhumiex relatati ma' din l-intolleranza;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni ssib soluzzjoni għall-marda tad-disturbi riproduttivi marbuta mal-enteropatija ta' sensittività għall-glutina.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza