MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 121kWORD 50k
17.11.2014
PE537.150v01-00
 
B8-0244/2014

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-ħolqien ta' fond ta' emerġenza għall-konservazzjoni tal-wirt Ewropew il-każ tal-Ponte di Bassano del Grappa


Mara Bizzotto

Proposta għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħolqien ta' fond ta' emerġenza għall-konservazzjoni tal-wirt arkitettoniku Ewropew il-każ tal-Ponte di Bassano del Grappa  
B8-0244/2014

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi, bħal ħafna xogħlijiet arkitettoniċi oħra fl-Ewropa, anke l-Ponte di Bassano del Grappa ta' Andrea Palladio, ta' valur simboliku u artistiku kbir għar-reġjun tal-Veneto u għall-Italja, għandu bżonn ta' interventi rapidi ta' restawr u konservazzjoni;

B.     billi, l-Unjoni Ewropea, biex tersaq aktar qrib taċ-ċittadini, tqiegħed għad-dispożizzjoni tar-Reġjuni, il-Komuni u l-Provinċji l-hekk imsejħa Fondi Strutturali, riżorsi li huma destinati biex jitwettqu objettivi speċifiċi fuq terminu medju, u billi l-Ewropa għandha wkoll strumenti 'speċifiċi ta' emerġenza' bħall-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea u l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, li jistgħu jiġu attivati fi żmien relattivament qasir biex jindirizzaw sitwazzjoni ta' emerġenza f'settur partikolari;

C.     billi l-kumplessità tal-burokrazija biex jinkiseb aċċess għall-Fondi Strutturali tirrappreżenta l-akbar limitu għall-kapaċità operattiva tagħhom;

D.     jieħu nota li, fost l-objettivi tal-Unjoni, l-Artikolu 3 tat-TUE jispeċifika li hi r-responsabbiltà tal-Ewropa li "tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew";

1.      Jistieden lill-Kummissjoni toħloq fond speċifiku għall-konservazzjoni tax-xogħlijiet kollha li, bħall-Ponte di Bassano, jiffurmaw il-wirt kulturali Ewropew u li permezz tat-turiżmu jsaħħu l-ekonomija tat-territorji.

Avviż legali - Politika tal-privatezza