Proċedura : 2014/2882(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0246/2014

Testi mressqa :

B8-0246/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 27/11/2014 - 10.4

Testi adottati :

P8_TA(2014)0067

RAKKOMANDAZZJONI GĦAL DEĊIŻJONI
PDF 129kWORD 55k
17.11.2014
PE537.152v01-00
 
B8-0246/2014

imressqa skont l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura


li ma ssir l-ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ottubru 2014 dwar is-sistema provviżorja ta’ pagamenti fuq il-kontribuzzjonijiet biex ikopru l-infiq amministrattiv tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni matul il-perjodu provviżorju  (2014/2882(DEA))


Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Elisa Ferreira

Abbozz ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir l-ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ottubru 2014 dwar is-sistema provviżorja ta’ pagamenti fuq il-kontribuzzjonijiet biex ikopru l-infiq amministrattiv tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni matul il-perjodu provviżorju (2014/2882(DEA))  
B8-0246/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni C(2014)7164 tat-8 ta' Ottubru 2014,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2014, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament Delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-4 ta' Novembru 2014 mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014(1) li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u b'mod partikolari l-Artikolu 65(5)(a), (b) u (c) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (ir-Regolament SRM) jiddisponi għall-istabbiliment tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (il-Bord) sa mid-19 ta' Awissu 2014 fil-forma ta' aġenzija tal-Unjoni Ewropea;

B.  billi l-Artikolu 98 tar-Regolament SRM jirrikjedi li l-Bord ikun kompletament operattiv sa mill-1 ta' Jannar 2015;

C.  billi l-Bord għandu jkollu baġit awtonomu li ma jiffurmax parti mill-baġit tal-Unjoni u li għandu jiġi ffinanzjat permezz ta' kontribuzzjonijiet mis-settur bankarju, b'mod partikolari permezz ta' kontribuzzjonijiet għall-infiq amministrattiv tal-Bord li għandhom jitħallsu mill-istituzzjonijiet tal-kreditu, l-impriżi prinċipali, id-ditti ta' investiment u l-istituzzjonijiet finanzjarji li huma koperti mir-Regolament SRM;

D.  billi l-Artikolu 65(5) tar-Regolament SRM jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati dwar kontribuzzjonijiet sabiex jiġu determinati t-tip u l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet, u b'mod partikolari l-kontribuzzjonijiet annwali meħtieġa biex jiġi kopert l-infiq amministrattiv tal-Bord qabel ma jsir kompletament operattiv;

E.  billi fit-8 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni adottat, b'konformità mas-setgħa li ngħatat imsemmija hawn fuq, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni dwar is-sistema provviżorja ta’ pagamenti fuq il-kontribuzzjonijiet biex ikopru l-infiq amministrattiv tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni matul il-perjodu provviżorju;

F.  billi dan ir-Regolament Delegat jista' jidħol fis-seħħ fi tmiem il-perjodu ta' skrutinju tal-Parlament u tal-Kunsill biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament u lanqas mill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw; billi l-perjodu ta' skrutinju ġie stabbilit, skont l-Artikolu 93(6) tar-Regolament SRM, għal tliet xhur wara d-data ta' notifika, jiġifieri sat-8 ta' Jannar 2015, u jista' jiġi estiż sa tliet xhur iktar;

G.  billi, sabiex il-Bord jiffunzjona sew sal-1 ta' Jannar 2015, dan se jeħtieġ li l-arranġamenti ta' finanzjament tiegħu jkunu stabbiliti mill-iktar fis possibbli, u fi kwalunkwe każ qabel l-1 ta' Jannar 2015, biex b'hekk ikun jista' jkopri l-ewwel infiq amministrattiv (ħlas lill-persunal, infrastruttura, infiq amministrattiv u operattiv) mir-riżorsi proprji;

H.  billi r-Regolament Delegat imsemmi hawn fuq għandu, għalhekk, jidħol fis-seħħ fl-2014, qabel l-iskadenza tal-perjodu ta' skrutinju msemmi fil-Premessa F;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

OJ L 225, 30.7.2014, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza