MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 111kWORD 60k
12.11.2014
PE538.970v◄►
 
B8-0247/2014

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-ekonomija u l-attività finanzjarja etika


Nicola Caputo

B8-0247/2014 Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-ekonomija u l-attività finanzjarja etika  

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-petizzjoni favur ekonomija u attività finanzjarja etika mnedija mill-Federazzjoni Ewropea ta' Banek Etiċi u ta' Banek Alternattivi Ewropej (FEBEA) li diġà ġabret eluf ta' firem,

1.      Iqis meħtieġ li tkun introdotta taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u fuq skemi li ma jitrasformawx irwieħhom fi tranżazzjonijiet, biex ikunu miġġielda b'mod effikaċi fil-pajjiżi Ewropej kollha l-ispekulazzjonijiet u l-eċċessi bħalma huwa n-negozjar bi frekwenza għolja;

2.      Iqis meħtieġ li jkunu separati l-banek kummerċjali minn dawk għall-investiment, miżura li hi adottata fl-Istati Uniti u li qed tkun proposta mill-istudji kollha kkummisjonati mill-istituzzjonijiet Ewropej, imma li s'issa għadha ma daħlitx fis-seħħ fil-kontinent Ewropew;

3.      Iqis meħtieġ li jkun rivedut il-ftehim dwar ir-riskju u l-patrimonju tal-banek (Basel III) biex titqies l-eżistenza ta' diversi mudelli ta' banek, u tal-attività finanzjarja etika b'mod partikolari;

4.      Iqis meħtieġ li jkunu miġġielda r-rifuġji fiskali u s-sistema bankarja parallela(1)rispettivament, żewġ setturi li għandhom bżonn urġenti ta' regoli u ta' trasparenza mtejba sew.

 

 

 

(1)

Is-sistema bankarja parallela hi ġabra ta' intermedjarji finanzjarji mhux bankarji li jfornu servizzi simili għall-banek kummerċjali ordinarji, permezz ta' modalità li jfittxu li jevitaw il-kontrolli tal-awtoritjiet ta' sorveljanza.

Avviż legali - Politika tal-privatezza