MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 118kWORD 48k
18.11.2014
PE538.983v01-00
 
B8-0260/2014

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar sorsi ġodda ta' tifqigħa tal-influwenza tat-tjur fl-Ewropa


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar sorsi ġodda ta' tifqigħa tal-influwenza tat-tjur fl-Ewropa  
B8-0260/2014

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi fl-Ewropa reġgħet faqqgħet l-influwenza tat-tjur;

B.     billi f'Hekendorp, fil-Pajjiżi l-Baxxi mhux 'il bogħod minn Amsterdam, l-awtoritajiet Olandiżi ordnaw il-qtil ta' madwar 150 000 tiġieġa infettata bil-virus H5N8;

C.     billi ġie identifikat sors ieħor ta' tifqigħa anke fil-Gran Brittanja, fit-Tramuntana tal-Yorkshire;

D.     billi l-virus H5N8 jittieħed ħafna u jista' jiġi trażmess lill-bniedem f'każ ta' kuntatt dirett mal-annimali infettati;

1.      Jitlob lill-Kummissjoni tadotta miżuri biex tikkumbatti u tiżola t-tixrid tal-virus fi Stati Membri oħra.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza