MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 121kWORD 53k
20.11.2014
PE538.989v01-00
 
B8-0266/2014

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali rigward il-bejgħ ta' mediċini onlajn


Aldo Patriciello

Proposta għal Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali rigward il-bejgħ ta' mediċini onlajn  
B8-0266/2014

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-kummerċ elettroniku ta' mediċini qiegħed kull ma jmur jiżdied minħabba l-immultiplikar ta' siti speċjalizzati fil-bejgħ, partikolarment, ta' prodotti tad-dieta, kontra l-impotenza jew kontra l-uġigħ, li jattiraw eluf ta' utenti billi jiggarantixxu l-anonimat u l-possibilità li jakkwistaw mediċini li ma jistgħux jinkisbu f'pajjiżhom;

B.     billi is-sitwazzjoni fl-ambitu regolamentari Ewropew għadha turi differenzi kbar: il-bejgħ ta' mediċini onlajn ilu regolamentat biss f'pajjiżi bħall-Ingilterra, il-Ġermanja u l-Pajjizi l-Baxxi, fejn hu possibbli li wieħed jixtri kwalunkwe tip ta' prodott wara verifika onlajn tar-riċetta minn spiżeriji awtorizzati mill-ġestjoni tas-servizz;

C.     billi, pereżempju, ċittadini Taljani ma jistgħux jakkwistaw mediċini onlajn fl-Italja minħabba projbizzjoni espliċita tal-leġiżlatur, iżda, minflok jistgħu jixtru mediċini b'mod ħieles u b'mod leġittimu minn fuq siti barranin ta' Stati Membri tal-UE li huma awtorizzati mill-bejgħ, peress li l-akkwist fuq l-Internet, b'konformità mal-prinċipju skont liema, il-kuntratt hu regolat mir-regoli tal-pajjiż li fih ikun ingħalaq, jiddetermina l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-pajjiż li fih seħħ l-akkwist;

D.     billi f'suq komuni Ewropew imsejjes fuq il-libertà ta' ċaqlieq ta' persuni u ta' prodotti, il-projbizzjoni ta' akkwist ta' mediċini onlajn tista' titqies bħala anakroniżmu, speċjalment jekk titqies id-diverġenza bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali tal-istess pajjiżi membri;

E.     billi bl-akkwist ta' mediċini onlajn il-konsumatur jinsab espost għal riskju li jirċievi mediċinali foloz, jiġifieri mediċini b'tikketta li tinkludi apposta informazzjoni qarrieqa ffalsifikata dwar il-kontenut u l-oriġini tal-prodott, apparti l-fatt ta' serq ta' dejta personali u tal-flus;

F.     billi l-istatistika tal-entità LegitScript tal-Istati Uniti, li tirrappreżenta l-uniku servizz ta' verifika u kontroll tal-ispiżeriji onlajn li għandha r-rikonoxximent tal-federazzjonijiet tal-ispiżjara, tikkonferma l-gravità u ż-żieda fil-livell dinji tad-distribuzzjoni ta' mediċini foloz jew illegali; billi, skont id-dejta l-iktar riċenti, wara li ġew monitorati 227 792 spiżerija onlajn, li minnhom 40 238 huma attivi, kienu biss 246 (0,6%) li rriżultaw li kienu legali;

1.      jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta ta' Regolament ġdida sabiex tarmonizza l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar il-bejgħ ta' mediċini onlajn.

Avviż legali - Politika tal-privatezza