MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 110kWORD 49k
19.11.2014
PE538.990v01-00
 
B8-0267/2014

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-ħsara potenzjali għas-saħħa mill-emissjonijiet tal-WiFi


Nicola Caputo

Proposta għal Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħsara potenzjali għas-saħħa mill-emissjonijiet tal-WiFi  
B8-0267/2014

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill (1999/519/KE) dwar il-limiti għall-espożizzjoni għall-kampijiet elettromanjetiċi u għall-majkrowejv;

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     Billi:

–  il-parir preliminari 2014 tax-SCENIHR (rigward l-istudji dwar l-effetti tal-espożizzjoni ppubblikati wara l-2009) jixhed li ddgħajfu l-provi fuq iż-żieda ta' riskju ta' kanċer tal-moħħ, filwaqt li għadha miftuħa l-possibilità ta' assoċjazzjoni mal-kanċer tal-widna u din teħtieġ aktar stħarriġ;

–  studji dwar il-kanċer tat-tfal minħabba espożizzjoni għal emissjonijiet radjuteleviżivi ma jindikawx rabta bejn il-kanċer u l-espożizzjoni;

–  għandhom jitwettqu studji dwar l-effetti fuq is-saħħa minħabba l-użu dejjem akbar tal-hekk imsejħa ż-żoni ta' WiFi domestiċi u pubbliċi;

–  il-Kunsill u l-Kummissjoni huma mistiedna jgħinu lill-Istati Membri oħrajn fil-bilanċjament diffiċli bejn it-tisħiħ tal-infrastrutturi diġitali u l-effetti fuq is-saħħa;

1.      jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jgħinu lill-Istati Membri sabiex isaħħu:

–  l-analiżi tar-riskji/benefiċċji tal-livelli ta' espożizzjoni għal radjazzjonijiet WiFi mwettqa skont dejta aġġornata għas-sitwazzjoni attwali;

–  ir-riċerka (apparti l-proġett GERONIMO) għal strumenti ġodda ta' trażmissjoni li jmorru lil hinn mill-kontrolli fuq il-ħinjiet ta' espożizzjoni twal u li jkunu siguri lil hinn minn kull dubju raġonevoli, sabiex tkun żgurata protezzjoni aktar qawwija għall-popolazzjoni.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza