imressqa skont l-Artikolu 105(4), tar-Regoli ta' Proċedura
dwar ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni tal-20 ta' Ottubru 2014 li jwaqqaf pjan ta' skartar fil-Baħar Baltiku (2014/2912(DEA))
Marek Józef Gróbarczyk
f'isem il-Grupp ECR
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni tal-20 ta' Ottubru 2014 li jwaqqaf pjan ta' skartar fil-Baħar Baltiku(2014/2912(DEA))
B8‑0319/2014
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE, u b'mod partikolari l-Parti III tiegħu(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98, u b'mod partikolari l-Anness IV tiegħu(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97(3),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 105(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi t-tnaqqis tad-daqs ta' referenza minimu għall-konservazzjoni tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku, kif propost mill-Kummissjoni, jista' potenzjalment idgħajjef il-kapaċità riproduttiva tal-istokk;
B. billi d-deċiżjoni tal-Kunsill fuq qabdiet totali permissibbli (TACs) għal stokkijiet tal-bakkaljaw fl-2015 teħtieġ tnaqqis tal-kwota (ta' 7 % fil-Punent tal-Baħar Baltiku u 22 % fil-Lvant tal-Baħar Baltiku) sabiex tiġi protetta l-ispeċi;
C. billi t-tnaqqis tad-daqs ta' referenza minimu għall-konservazzjoni għal bakkaljaw fil-Baħar Baltiku minn 38 cm għal 35 cm jinċentiva l-ħolqien ta' suq għal ħut li għadu qed jikber;
D. billi t-tnaqqis tad-daqs ta' referenza minimu għall-konservazzjoni tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku jnaqqas inċentiv importanti sabiex iseħħ titjib fl-użu ta' rkapti aktar selettivi;
1. Joġġeżżjona għar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru …/... tal-20 ta' Ottubru 2014 li jwaqqaf pjan ta' skartar fil-Baħar Baltiku;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumissjoni u jinnotifikaha li r-Regolament delegat ma jistax jidħol fis-seħħ;
3. Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta att delegat ġdid fi żmien xahar li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
Rakkomandazzjoni 1
Regolament delegat
Artikolu 3
Regolament delegat li qed issir oġġezzjoni għalih
Rakkomandazzjoni għall-att delegat il-ġdid
Daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni
Id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku għandu jkun ta' 35 cm.
imħassar.
Or. en
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.