Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0320/2014Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0320/2014

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-konsum eċċessiv ta' antibijotiċi u ż-żieda kostanti tar-reżistenza għalihom

2.12.2014

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Sophie Montel, Dominique Bilde

B8-0320/2014

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-konsum eċċessiv ta' antibijotiċi u ż-żieda kostanti tar-reżistenza għalihom

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni biex ikun miġġieled it-theddid li qed jiżdied tar-reżistenza għall-antimikrobiċi, ippreżentat mill-Kummissjoni fl-2011,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi fi Franza, il-konsum eċċessiv ta' antibijotiċi jikkawża problemi serji ta' saħħa pubblika (żieda sinifikanti fl-għadd ta' mwiet marbuta ma' nuqqas ta' riżultati terapewtiċi);

B.     billi dan il-konsum eċċessiv għandu effetti devastanti fuq l-ambjent;

C.     billi fi Franza, il-livell tal-konsum tal-antibijotiċi huwa sostanzjalment ogħla minn dak tal-medja Ewropea (madwar +30 %);

         filwaqt li jfakkar li, skont l-Agence nationale de sécurité du médicament et des produits de santé (l-Aġenzija Nazzjonali għas-Sigurtà tal-Mediċini u tal-Prodotti tas-Saħħa), li wara li rreġistrat tnaqqis, il-konsum tal-antibijotiċi reġa' beda jiżdied mill-2010 fi Franza u li l-aktar li jikkonsmawhom huma n-nisa, it-tfal u l-anzjani;

1.      Iqis li fi Franza u fl-Unjoni Ewropea għandu jitħeġġeġ l-iżvilupp tat-testijiet rapidi ta' orjentazzjoni dijanjostika, li jippermettu li jiddeterminaw l-kawża tal-infezzjoni (batterika jew virali) u jekk jippreskrivux antibijotiku;

         Jitlob lill-Kummissjoni, filwaqt li jitqies in-numru limitat ta' molekuli innovattivi li qed jaslu fis-suq, li għandhom jinżammu dawk l-aktar antiki minkejja l-qligħ baxx għall-kumpaniji farmaċewtiċi;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.