Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0321/2014Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0321/2014

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar it-tisħiħ tal-miżuri ta' emerġenza għal ġlieda kontra t-tixrid tal-influwenza tat-tjur fl-Unjoni Ewropea

2.12.2014

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Dominique Bilde, Sophie Montel

B8-0321/2014

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tisħiħ tal-miżuri ta' emerġenza għal ġlieda kontra t-tixrid tal-influwenza tat-tjur fl-Unjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Lulju 2006 li tikkonċerna miżuri għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja kkawżata mill-virus tal-influwenza A tas-sottotip H5N1 għall-għasafar miżmuma fiż-zoo u korpi, istituti u ċentri approvati fl-Istati Membri u tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/744/KE,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Awwissu 2006 li tapprova Manwal Dijanjostiku għall-influwenza tat-tjur kif previst fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Awwissu 2006 dwar ċerti miżuri ta' ħarsien b'rabta mal-influwenza tat-tjur patoġenika ħafna tas-sottotip H5N1 fi tjur slavaġ fil-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/115/KE,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2010 dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku u t-tjur selvaġġ,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Jannar 2013 li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fl-Unjoni u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Novembru 2014 dwar ċertu miżuri protettivi interim marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Pajjiżi l-Baxxi,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Novembru 2014 dwar ċertu miżuri protettivi interim fir-rigward ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 fir-Renju Unit,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Novembru 2014 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi interim marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Germanja,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.     billi fl-Ewropa, l-influwenza tat-tjur reġgħet tfaċċat mill-ġdid;

B.     billi l-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi ħabbru li każ ta' influwenza tat-tjur ġewwa farm fiċ-ċentru tal-Pajjiżi l-Baxxi kien tat-tip H5N8 tal-virus u li 150 000 tiġieġa kellhom jinqatlu;

C.     billi nstabu każijiet oħra ta' influwenza tat-tjur fil-Gran Brittanja u fil-Ġermanja;

D.     billi l-virus H5N8 huwa perikoluż ħafna, fatali għat-tjur, kapaċi li jgħaddi minn speċi għal oħra u li jista' jiġi trażmess lill-bniedem (żoonożi) f'każ ta' kuntatt dirett mal-annimali infettati;

1.       Jitlob lill-Kummissjoni tadotta tisħiħ tal-miżuri ta' emerġenza għal ġlieda kontra dan il-virus u sabiex jiġi evitat it-tixrid tiegħu fi Stati Membri oħra;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.