Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0322/2014Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0322/2014

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-ħtieġa li l-għajnuna għall-iżvilupp min-naħa tal-UE tingħata bil-kundizzjoni li l-pajjiżi benefiċjarji jirrispettaw il-libertà reliġjuża

2.12.2014

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Lorenzo Fontana

B8-0322/2014

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħtieġa li l-għajnuna għall-iżvilupp min-naħa tal-UE tingħata bil-kundizzjoni li l-pajjiżi benefiċjarji jirrispettaw il-libertà reliġjuża

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 21(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

 

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 217 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

 

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 10 u 12 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

 

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 

A. billi f'dawn l-aħħar snin f'għadd kbir ta' pajjiżi terzi l-episodji vjolenti ta' intolleranza reliġjuża żdiedu b'mod inkwetanti, b'mod partikolari kontra l-minoranzi;

 

B. billi l-Unjoni biħsiebha tiżvolġi rwol ta' attur globali u l-Unjoni stess tirrappreżenta d-donatur prinċipali fid-dinja f'termini ta' għoti ta' għajnuna għall-iżvilupp;

 

C. billi reċentement seħħew episodji traġiċi fil-Pakistan, fil-Kenja u fin-Niġerja;

 

1.  iqis li l-eskalazzjoni tal-vjolenza reliġjuża laħqet livell intollerabbli;

 

2.      jistieden lill-Kummissjoni, skont il-prerogattivi mogħtija lilha mit-Trattati, toħloq urġentement strateġija komprensiva li tissoġġetta l-għoti ta' assistenza għall-iżvilupp għar-rispett effettiv tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertà reliġjuża fil-pajjiżi fejn tali drittijiet fundamentali mhumiex garantiti.