Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0324/2014Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0324/2014

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar qafas komuni ta' regolamentazzjoni għas-settur tat-trasport bit-triq

3.12.2014

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Lorenzo Fontana

B8-0324/2014

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar qafas komuni ta' regolamentazzjoni għas-settur tat-trasport bit-triq

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 4(2)(g), u l-Artikolu 91 tat-TFUE,

 

–   wara li kkunsidra il-kontenut tal-White Paper dwar "Il-politika Ewropea tat-trasport għall-2010: żmien li niddeċiedu" (COM(2010)0370),

 

A. billi fl-aħħar snin fis-settur tat-trasport bit-triq kienu qed iseħħu prattiki li jdgħajfu l-funzjonament tajjeb tal-kompetizzjoni f'dan is-settur;

 

B. billi l-kondiviżjoni u l-applikazzjoni tajba ta' regoli komuni huma indispensabbli biex ma jseħħx il-fenomenu eventwali ta' dumping soċjali;

 

C. billi xi impriżi minn uħud mill-Istati Membri bdew jiddelokalizzaw, ta' spiss b'mod fittizju, l-attività tagħhom fi Stati Membri oħra, b'hekk jikkawżaw sitwazzjonijiet problematiċi kbar marbuta mal-livell ta' pagi u ta' qgħad fil-pajjiż tal-oriġini;

 

1.  Iqis li l-UE għandha tintervjeni sabiex fi żmien rapidu tilħaq tnaqqis drastiku tad-distorjonijiet imsemmija hawn fuq;

 

2.  Jistieden lill-Kummissjoni, fir-rispett tal-prerogattivi li ġejjin mit-Trattati, biex telabora proposti li jwasslu għal salarju minimu fil-livell Ewropew, li jkun garantit għall-ħaddiema professjonali kollha;

 

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tieħu miżuri li jeliminaw il-każijiet frekwenti ta' dumping, kif ukoll jeliminaw id-diversità fit-tassazzjoni, kemm għall-azjendi kif ukoll għall-ħaddiema dipendenti.