Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0335/2014Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0335/2014

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-kwantità eċċessiva ta' żejt fil-Baħar Mediterran

4.12.2014

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Mara Bizzotto

B8-0335/2014

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kwantità eċċessiva ta' żejt fil-baħar Mediterran

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi skont l-istudji mwettqa riċentement minn Legambiente u UNEP MAP (il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent - Pjan ta' Azzjoni għall-Mediterran), il-Baħar Mediterran hu l-aktar wieħed imniġġeż biż-żejt fid-dinja;

 

B.     billi skont id-data li fih dan l-istudju, l-idrokarburi li jinsabu fl-ilma tal-Baħar Mediterran laħqu l-livell rekord ta' 38 milligramma għal kull metru kubu;

 

C.     billi hemm ir-riskju li tali sitwazzjoni tiggrava taħt il-pressjoni ta' kuljum ta' 20 % tat-traffikar dinji kollu ta' prodotti taż-żejt;

 

1.      Jitlob lill-Kummissjoni tipproteġi u tippreserva l-ħabitat tal-Baħar Mediterran, li hu importanti kemm mil-lat naturali kif ukoll minn dak soċjali u ekonomiku;

 

2.      Jitlob lill-Kummissjoni twettaq sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u tal-operaturi kummerċjali, industrijali u turistiċi.