Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0339/2014Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0339/2014

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-possibilitajiet għall-Istati Membri tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) li jiksbu regoli ċari li jirregolaw l-eventwali abbandun tal-munita unika

4.12.2014

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Mara Bizzotto

B8‑0339/2014

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-possibilitajiet għall-Istati Membri tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) li jiksbu regoli ċari li jirregolaw l-eventwali abbandun tal-munita unika

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 50 tat-TUE,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprevedi, fl-Artikolu 50, li Stat jista' joħroġ mill-Unjoni, iżda ma hemm xejn li jispeċifika l-possibilitajiet li joħroġ biss mill-munita unika Ewropea;

B.     billi ż-żona tal-euro wriet dgħufija quddiem il-kriżi ekonomika u finanzjarja li timponi reviżjoni tas-"sistema euro" ta' ħsara għall-ekonomija reali tat-territorji lokali;

C.     billi parti sostanzjali tal-komunità xjentifika internazzjonali tissuġġerixxi r-ritorn għall-mudell ta' Ewropa b'żewġ veloċitajiet diskuss qabel id-dħul fis-seħħ tal-euro, biex tiġi sostnuta l-kompetittività tal-ekonomija l-aktar dgħajfa taż-żona tal-euro u għalhekk biex tiġi faċilitata l-konverġenza;

1.      Iqis li biex it-tkabbir tal-pajjiżi taż-żona tal-euro jirpilja huwa meħtieġ negozjar mill-ġdid tat-Trattati bil-għan li jiġu previsti modalitajiet għall-ħruġ mill-euro min-naħa ta' Stat Membru;

2.      Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jieħdu nota tat-talbiet ta' bosta ċittadini Ewropej li jipproponu alternattivi li jippermettu s-sostituzzjoni tas-"sistema euro" attwali.