MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar ir-reviżjoni tar-Regolament dwar l-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-Saħħa, li hu ta' piż kbir wisq għall-SMEs
4.12.2014
Mara Bizzotto
B8-0341/2014
Proposta għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-reviżjoni tar-Regolament dwar l-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-Saħħa, li hu ta' piż kbir wisq għall-SMEs
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi r-regolament (KE) Nru. 1924/2006 jistabbilixxi li l-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni għandhom ikunu sustanzjati xjentifikament u jistgħu jidhru biss fuq it-tikketti biss fuq awtorizzazzjoni preliminari tal-Kummissjoni Ewropea u billi r-regolament (KE) Nru. 353/2008 jissupplimenta dan billi jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' indikazzjonijiet tas-saħħa u li jistipula kriterji xjentifiċi iebsin;
B. billi l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' indikazzjonijiet tas-saħħa hi mwettqa fil-prattika mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u teħtieġ l-użu ta' testijiet kliniċi fuq individwi b'saħħithom, mingħajr ma jkunu jafu kontra placebo, u liema riżultati huma soġġeti għal rieżami minn riċerkaturi oħrajn qabel ma jiġu ippubblikati.
C. billi din it-tip ta' proċedura għat-tħejjija ta' fajl għall-ksib ta' awtorizzazzjoni tiswa lill-impriżi mijiet ta' eluf ta' ewro, li effettivament teskludi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, li mhumiex f'pożizzjoni li jsostnu tali spejjeż, u għaldaqstant ma jinvestux fir-riċerka u fl-innovazzjoni u jsofru żvantaġġ ekonomiku qawwi fir-rigward ta' gruppi industrijali kbar;
1. Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq reviżjoni tar-Regolament imsemmi aktar kmieni, biex inaqqsu r-rekwiżiti li jitrattaw it-tħejjija ta' fajl għal applikazzjoni ta' awtorizzazzjoni biex titqiegħed indikazzjoni għas-saħħa fuq it-tikketta sabiex jitwesssa' l-aċċess tal-SMEs għas-suq.