MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-protezzjoni tal-"made in Italy": il-każ tas-sambuca
4.12.2014
Mara Bizzotto
B8‑0343/2014
mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-protezzjoni tal-"made in Italy": il-każ tas-sambuca
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi s-sambuca hu likur tradizzjonali Taljan, li għandu karatteristiċi ta' kwalità u ta' produzzjoni speċifiċi;
B. billi r-regolament (KE) Nru. 110/2008, paragrafu 38 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru. 110/2008, l-isem sambuca jista' jintuża biss għal likuri bla lewn u bit-togħma tal-aniżetta, b'kontenut minimu ta' zokkor ta' 350 gramma għal kull litru, kontenut ta' anetolu naturali ta' mhux anqas minn gramma u ta' mhux aktar minn żewġ grammi għal kull litruy u b'qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta' mhux anqas minn 38%; billi l-paragrafu 32 tal-istess anness jistipula l-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti ta' produzzjoni speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex xarba spirituża tissejjaħ "sambuca" fl-hekk imsejħa "termini komposti";
C. billi għal ħafna snin, fi Stati Membri differenti, iżda b'mod partikolari fir-Renju Unit, jinbiegħu likuri aromatizzati bl-isem ta' sambuca u li iżda ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' produzzjoni msemmija aktar kmieni;
D. billi l-Istati Membri huma responsabbli mill-kontroll tax-xorb spirituż, u billi s-sitwazzjoni attwali tkompli tagħmel ħsara lill-produtturi Taljani u lill-konsumaturi;
1. Jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni sabiex tiġi rrispettata r-regolamentazzjoni attwali;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkoordina l-investigazzjonijiet u tara r-regoli viġenti fi Stati Membri individwali sabiex iddaħħal fis-seħħ regoli effikaċi għad-difiża tal-produtturi Taljani u tal-konsumaturi.