MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-protezzjoni tal-assoċjazzjonijiet ta' volontarjat – Tfittxija u Salvataġġ Alpin
4.12.2014
Mara Bizzotto
B8-0344/2014
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-protezzjoni tal-assoċjazzjonijiet ta' volontarjat – Tfittxija u Salvataġġ Alpin
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Entità Nazzjonali ta' Salvataġġ Alpin u Speljoloġiku (CNSAS - Corpo nazionale del soccorso alpino e speleologico), li hi komposta minn voluntiera b'taħriġ speċjalizzat, għandha l-ġestjoni ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza b'riżultat ta' attivitajiet Apini u Speljoloġiċi;
B. billi ta' kull sena iċ-CNSAS twettaq minn tal-inqas 8000 intervent: fir-reġjun tal-Veneto biss joperaw 734 voluntier li salvaw 987 persuna fl-2013;
C. billi l-Gvern Taljan jipprevedi kumpensi finanzjarji żgħar għal kull operatur (Liġi 162 tat-18 ta' Frar 1992), madankollu sa minn Lulju 2014 il-voluntiera kellhom iħallsu EUR 32 f'bolol tat-taxxa biex japplikaw għalihom;
D. b'kunsiderazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 (2013/2064(INI)) dwar il-volontarjat fl-Ewropa;
1. Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni biex tappoġġa lill-volontiera taċ-CNSAS u biex tipprevjeni din il-miżura tal-gvern Taljan – li tiskoraġġixxi lill-volontiera milli jkomplu joffru s-servizzi tagħhom – milli jeqred il-patrimonju ta' għarfien espert u sostenn offrut miċ-CNSAS;
2. Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni fir-rigward ta' dan il-piż fiskali punittiv fuq l-attivitajiet tal-volontiera, li jmur kontra l-għan tal-UE li tappoġġa l-volontarjat u biex jittrasformha f'espressjoni ta' ċittadinanza attiva.