Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0364/2014Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0364/2014

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-każ Eternit u dwar il-preskrizzjoni tar-reat ta' diżastru ambjentali

10.12.2014

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Mara Bizzotto

B8-0364/2014

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-każ Eternit u dwar il-preskrizzjoni tar-reat ta' diżastru ambjentali

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi fid-19 ta' Novembru 2014 il-Corte di Cassazione Taljana ddeċidiet dwar il-każ Eternit u ddikjarat preskritt ir-reat ta' diżastru ambjentali b'neġliġenza;

B.     billi ġiet b'hekk fil-fatt annullata l-kundanna ta' Frar 2012, li permezz tagħha l-Qorti ta' Turin kienet ikkundannat lil Louis de Cartier de Marchienne – li fil-frattemp miet – u lil Stephan Schmidheiny, li t-tnejn kienu jmexxu l-multinazzjonali Svizzera-Belġjana, għal tmintax-il sena ħabs u l-ħlas ta' iktar minn EUR 90 miljun bħala ammont provviżorju intiż għad-danni civili;

C.     billi l-multinazzjonali kellha erba' stabbilimenti fl-Italja: f'Casale Monferrato (Alessandria), f'Cavagnolo (Turin), f'Rubiera (Reggio Emilia) u f'Bagnoli (Napli);

D.     billi fost il-ħaddiema u r-residenti tal-irħula fejn kien hemm il-fergħat ta' Eternit, iktar minn 2 000 persuna mietu miħabba li ġew ikkontaminati bil-fibri tal-asbestos fin-nifs;

1.      Tistieden lill-Kummissjoni tintervjeni sabiex tagħti appoġġ lill-vittmi ta' Eternit, li sal-lum ma saritx ġustizzja magħhom.