Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0412/2014Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0412/2014

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-ġlieda lill-kabotaġġ illegali fl-Ewropa: reviżjoni tal-lista mfassla mill-Kummissjoni biex tissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1071/2009

17.12.2014

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Mara Bizzotto

B8-0412/2014

Proposta ta' riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ġlieda lill-kabotaġġ illegali fl-Ewropa: reviżjoni tal-lista mfassla mill-Kummissjoni bħala suppliment tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi f'Ġunju 2014, il-Kummissjoni Ewropea ffinalizzat lista annessa mar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u li fiha l-infrazzjonijiet serji tar-regoli tal-UE li jistgħu jwasslu għat-telf tar-reputazzjoni tajba tal-operatur tat-trasport bit-triq;

B.     billi l-assoċjazzjonijiet tas-sewwieqa professjonali jilmentaw madankollu li l-lista ma tikkwalifikax bħala l-istrument ideali biex jiġu solvuti l-problemi tas-settur; billi din ma tissanzjonax, fil-fatt, il-kabotaġġ, li se jkompli jiġi ttollerat u ma twassalx għat-telf tar-reputazzjoni tajba; billi l-lista ma tqisx in-nuqqas ta' implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni soċjali u tax-xogħol tal-UE, li b'mod sistematiku tiġi vjolalta permezz tar-rikors kontinwu għar-reklutaġġ ta' sewwieqa permezz ta' aġenziji fittizji, l-evitar tal-obbligi relatati mal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, u l-impjieg u l-użu ta' sewwieqa b'salarji minimi;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi din id-dispożizzjoni biex jimtlew il-lakuni u jiġi adattat għall-bżonnijiet li huma ripetutement irrappurtati mid-dinja tat-trasport bit-triq.