Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0423/2014Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0423/2014

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-massakru ta' klieb tal-liebru fl-Ewropa

17.12.2014

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Mara Bizzotto

B8‑0423/2014

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-massakru ta' klieb tal-liebru fl-Ewropa

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi kull sena fi Spanja 500 000 kelb tal-liebru jieħdu sehem fil-kaċċa tradizzjonali għal-liebru; billi minn dawn, 60 000 jinqatlu ladarba jispiċċa l-istaġun tal-kaċċa; billi minn meta jitwieldu l-annimali jiġu sottoposti għal taħriġ inuman u għal moħqrija kontinwa u jgħixu ntrassati fi spazji mħaffra fl-art u mgħottija bil-pjanċi; billi meta l-klieb jilħqu ċerta età, jekk jitilfu l-aġilità jew jekk ma jkunux jistgħu jnisslu aktar ġriewi, jitħallew imutu bil-ġuħ, jiġu abbandunati b'riġlejhom miksurin, jew jinqatlu;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni tintervjeni biex twaqqaf din il-vjolenza u tissalvagwardja s-saħħa ta' dawn l-annimali.