MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal fi Franza
19.1.2015
Sophie Montel, Dominique Bilde
B8-0079/2015
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal fi Franza
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-foqra fi Franza jammontaw għal bejn 8,5 u 8,6 miljun ruħ, li jirrappreżentaw 14 % tal-popolazzjoni (sors INSEE – 2012), u billi mill-2002 l-għadd ta' persuni kkonċernati żdied b'1,3 miljun;
B. billi, skont diversi studji reċenti, madwar 3 miljun tifel u tifla jgħixu f'familja fqira fi Franza, fejn unità domestika tgħix b'inqas minn EUR 964 fix-xahar;
C. billi kważi 20 % mill-persuni ta' taħt it-18-il sena jgħixu taħt il-livell tal-faqar u billi 20 % tat-tfal fi Franza huma foqra;
D. billi sitwazzjoni bħal din tirriżulta f'konsegwenzi diżastrużi għall-edukazzjoni u s-saħħa, u ddgħajjef, b'mod de facto kif ukoll direttament, id-drittijiet fundamentali tat-tfal;
E. billi l-qagħda ekonomika u soċjali fi Franza dejjem tibqa' sejra għall-agħar minħabba, b'mod partikolari, il-pjanijiet ta' awsterità u l-ultraliberaliżmu imposti minn Brussell;
1. Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiġġieled il-faqar fost it-tfal fi Franza, kif ukoll fl-Istati Membri l-oħra, b'mod effikaċi.
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.