MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 115kWORD 182k
26.1.2015
PE547.508v01-00
 
B8-0085/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-ġlieda kontra l-pornografija tat-tfal fuq l-internet


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ġlieda kontra l-pornografija tat-tfal fuq l-internet  
B8-0085/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi skont l-informazzjoni pubblikata mill-Pulizija Postali Taljana, fl-2014 fl-Italja ġew monitorati 18 774 sit tal-Internet li kien issuspettat li fihom kontenut b'referenzi u materjal pornografiku li jinvolvi t-tfal;

B.     billi waqt l-investigazzjonijiet ġew magħluqin 1 745 sit, ġew arrestati 38 persuna u 428 ġew rappurtati minħabba solleċitazzjoni ta' minorenni fuq l-internet, it-tixrid u l-kummerċjalizzazzjoni ta' materjal b'kontenut pornografiku li jinvolvi t-tfal;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi l-informazzjoni miġbura dwar il-fenomenu tal-pornografija tat-tfal fuq l-internet fl-Ewropa;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex tibda tieħu miżuri biex twaqqaf dan il-fenomenu;

3.      Jitlob lill-Kummissjoni biex toħloq "black list Ewropea" tas-siti tal-internet li fihom kontenut pornografiku li jinvolvi t-tfal sabiex jiġu koordinati l-forzi tal-pulizija tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra dan il-fenomenu terribbli.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza