MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-Prosecco falz mibjugħ bid-draught fl-Ingilterra
26.1.2015
Mara Bizzotto
B8-0089/2015
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Prosecco falz mibjugħ bid-draught fl-Ingilterra
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-grupp tal-konsorzji tal-Prosecco (Consorzio di tutela del Prosecco Doc, Consorzio di tutela Conegliano Valdobbiadene Docg u Consorzio Colli Asolani) jilmenta li għadd ta' stabbilimenti fl-Ingilterra qegħdin jadottaw sistemi ta' pressa biex ikunu jistgħu jservu l-Prosecco draft;
B. billi din il-prattika hi għalkollox illegali, mhux biss għax il-Prosecco għandu jinbiegħ biss mill-flixkun u bl-ebda mod ieħor, iżda wkoll peress li kważi f'kull każ il-klijenti qegħdin jiġu servuti inbid abjad komuni mibjugħ bħala Prosecco;
1. Jitlob lill-Kummissjoni tintervjeni sabiex twaqqaf din il-prattika, u b'hekk tipproteġi lill-produtturi mill-Veneto li qegħdin jiġu ffrodati;
2. Jitlob lill-Kummissjoni tirraporta jekk dan il-fenomenu huwiex imxerred fi Stati Membri oħra.