MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 119kWORD 50k
26.1.2015
PE547.513v01-00
 
B8-0090/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-kumpens ġust fir-regolazzjoni Ewropea tal-mediċinali – ġustizzja għall-vittmi tat-Thalidomide


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-kumpens ġust fir-regolazzjoni Ewropea tal-mediċinali – ġustizzja għall-vittmi tat-Thalidomide  
B8-0090/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi fl-1957 il-kumpanija farmaċewtika Ġermaniża Chemie Grünenthal daħħlet fis-suq it-Thalidomide, prodott mediċinali kontra n-nawżja li kien jintuża l-aktar min-nisa tqal u li wassal biex madwar 20 000 tifel u tifla jitwieldu b'difetti fiżiċi gravi;

 

B. billi jirrikonoxxi li għad hawn persuni li jbatu minn difetti fiżiċi gravi minħabba l-prodott mediċinali msemmi hawn fuq u li ma rċevew l-ebda kumpens minkejja li huma suġġetti għall-kura medika;

 

     Jistieden lill-Kummissjoni biex tibda djalogu mal-Istati Membri ħalli jiddaħħal fil-leġiżlażżjoni Ewropea attwali dwar il-mediċinali l-prinċipju tal-kumpens ġust għall-vittmi ta' dawn l-iskandli li jkollhom jgħixu bil-konsegwenzi ta' dawn it-traġedji tul ħajjithom kollha.

 

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza