MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 118kWORD 49k
29.1.2015
PE547.517v01-00
 
B8-0094/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-tisħiħ tal-politika Ewropea dwar il-foresti


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tisħiħ tal-politika Ewropea dwar il-foresti  
B8‑0094/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew (COM(2005)0084),

–       wara li kkunsidra l-għanijiet stipulati mill-Kunsill Ewropew ta' Lisbona (Marzu 2009) u ta' Göteborg (Ġunju 2001),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.     wara li kkunsidra l-valur inestimabbli tal-wirt forestali kemm fil-livell bijoloġiku u ukoll ekonomiku;

B.     wara li kkunsidra l-età avvanzata tal-foresti Ewropej, li tnaqqas il-kapaċità tagħhom li jassorbu s-CO2;

C.     wara li kkunsidra l-valur ta' foresti antiki, li l-eżistenza tagħhom tipprovdi ħabitat ta' preġju u ta' protezzjoni għall-bijodiversità;

D.     wara li kkunsidra madankollu, il-bżonn ta' tixtil sostanzjali tal-foresti sabiex jiġi ggarantit l-assorbiment suffiċjenti ta' CO2;

E.     wara li kkunsidra l-bżonn ta' burokrazija allinjata, komuni u magħmula minn regoli flessibbli, minħabba l-bżonnijiet reġjonali differenti tal-foresti Ewropej;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ it-tisħiħ tal-programm b'regoli komuni ġodda u b'ambitu wiesgħa, skont l-objettivi li diġà ġew stipulati mill-Kunsill.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza