MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-libertà tal-istampa fl-Ewropa
12.2.2015
Aldo Patriciello
B8-0168/2015
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-libertà tal-istampa fl-Ewropa
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Lisbona,
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni huma minquxa fil-kostituzzjonijiet moderni kollha, u jiżguraw id-dritt taċ-ċittadini għal informazzjoni regolari, indipendenti u pluralista;
B. billi l-UE għandha l-objettiv li tiggarantixxi tali libertajiet u billi l-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem estenda l-protezzjoni tad-drittijiet msemmija għal kull forma ta' espressjoni u għall-mezzi kollha tax-xandir, inkluż l-internet;
C. billi l-informazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dritt għall-informazzjoni fl-UE tixhed sitwazzjoni fejn l-informazzjoni hi disponibbli b'mod ġenerali, madankollu hemm pajjiżi, bħall-Bulgarija u l-Greċja, fejn il-ġurnalisti u l-entitajiet tal-istampa jsofru pressjoni qawwija, intimidazzjoni u theddid (World Press Freedom 2014);
1. Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl ta' dawn kollu, tieħu passi biex tipproteġi professjonalment lill-ġurnalisti mill-intimidazzjoni u t-theddid, biex b'hekk tissalvagwardja d-dritt taċ-ċittadini Ewropej għall-informazzjoni.