Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0180/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0180/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar miżuri għall-evalwazzjoni ta’ żejt taż-żebbuġa straverġni ta’ kwalità għolja fis-settur Ewropew taż-żebbuġ bl-għan li jitħarsu l-konsumaturi u l-produtturi

18.2.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura
Ivan Jakovčić

B8-0180/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar miżuri għall-evalwazzjoni ta’ żejt taż-żebbuġa straverġni ta’ kwalità għolja fis-settur Ewropew taż-żebbuġ bl-għan li jitħarsu l-konsumaturi u l-produtturi

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 4(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 26, 27, 114 u 115 tat-TFUE,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi llum hemm kuxjenza akbar dwar l-ikel li nikkonsmaw, u billi ġiet innotata żieda fid-domanda għal żejt straverġni ta’ kwalità għolja (il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ (IOC));

B.     billi l-kategorija tas-suq ta' “żejt taż-żebbuġa straverġni (EVOO)’, maħsuba bħala l-ogħla kategorija ta’ kwalità, tinkludi firxa wiesgħa ta’ żejt taż-żebbuġa, minn dak ta’ kwalità għolja f’termini ta’ togħma, aroma u valur nutrittiv għal dak li bilkemm jilħaq ir-rekwiżiti bażiċi tal-kwalità;

C.     billi l-produtturi ta’ żejt taż-żebbuġa straverġni ta’ kwalità għolja jitħallew mingħajr protezzjoni jikkompetu fis-suq ma' prezzijiet inġusti ta’ żjut oħra fl-istess kategorija li bla dubju huma ta’ valur iktar baxx meta mqabbel ma’ karatteristiċi ta’ kwalità għolja ta’ żejt taż-żebbuġa straverġni;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex tagħti rikonoxximent lil kwalità għolja ta' żejt taż-żebbuġa straverġni, li jaqa' taħt din il-kategorija u tintroduċi kategorija tas-suq ‘primjum’ li tikkonforma ma’ kriterji stretti ta’ togħma, aroma u valur nutrittiv;

2.      Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex tipproteġi lill-produtturi ta’ żejt taż-żebbuġa straverġni ta’ kwalità għolja minn kompetizzjoni inġusta fis-suq tal-UE, filwaqt li ssaħħaħ is-settur taż-żebbuġ.