Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0194/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0194/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-ħarsien tal-ekosistema tal-baħar

19.2.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Mara Bizzotto

B8-0194/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħarsien tal-ekosistema tal-baħar

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi studju reċenti li sar fl-2014, ibbażat fuq informazzjoni aggregata li rriżultat min-nekroskopiji li twettqu fuq iċ-ċetaċji fid-dinja kollha, juri kif 56% tal-imwiet ta' dawn il-mammiferi tal-baħar seħħew minħabba li belgħu skart tal-plastik jew ta' materjal ieħor; billi, kull sena, 1.5 miljun annimal (għasafar, ħut, eċċ...) imutu minħabba l-plastik;

1.      jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha biex issaħħaħ il-ħarsien tal-ekosistema tal-baħar u tal-ispeċijiet tal-annimali, li ħafna minnhom jinsabu mhedda mill-estinzjoni, u dan filwaqt li żżomm f'moħħha l-ispeċifiċità tar-reġjuni kostali Ewropej;

2.      jitlob lill-Kummissjoni tħares l-ambjent tal-baħar biex, fost l-oħrajn, tillimita t-tibdil fil-klima u fl-ambjent li jista' jikkostitwixxi theddida anki għas-saħħa tal-bniedem.