MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 125kWORD 183k
23.3.2015
PE552.277v01-00
 
B8-0297/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar is-sospensjoni tal-għoti tal-għajnuna umanitarja lill-kamp ta' Tindouf minħabba approprjazzjoni indebita tal-fondi min-naħa tal-Front Polisario


Steeve Briois, Marine Le Pen, Louis Aliot, Gilles Lebreton, Sophie Montel, Dominique Bilde, Aymeric Chauprade, Jean-François Jalkh

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sospensjoni tal-għoti tal-għajnuna umanitarja lill-kamp ta' Tindouf minħabba approprjazzjoni indebita tal-fondi min-naħa tal-Front Polisario  
B8-0297/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 196 u 214 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja,

–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet nru 91 (LII) tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati tal-2001,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) żvela l-eżistenza ta' netwerk ta' approprjazzjoni indebita tal-għajnuna umanitarja, li ma kinitx iddestinata lill-popolazzjonijiet rifuġjati iżda pjuttost imqassma mill-ġdid fis-swieq sub-Saħarjani;

B.     billi ma seta' twettaq l-ebda ċensiment affidabbli tal-kamp ta' Tindouf mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR);

1.      Jikkundanna l-atteġġjament tal-awtoritajiet Alġerini li jirrifjutaw li jikkooperaw mal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati biex isir ċensiment trasparenti u tiġi miġġielda l-approprjazzjoni indebita tal-għajnuna umanitarja min-naħa tal-Front Polisario;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni tissospendi minnufih l-għoti tal-għajnuna umanitarja favur il-kamp ta' Tindouf sakemm ma l-UNHCR ma jagħmilx ċensiment tan-numru ta' rifuġjati;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien ma' isem il-firmatarji, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

 

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza