MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 118kWORD 48k
25.3.2015
PE552.280v01-00
 
B8-0300/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-għoti ta' ħajja mill-ġdid lill-industrija tal-pubblikazzjoni fl-Ewropa


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-għoti ta' ħajja mill-ġdid lill-industrija tal-pubblikazzjoni fl-Ewropa  
B8-0300/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi biex tindirizza l-kriżi fis-settur tal-pubblikazzjoni, il-Federazzjoni tal-Katina tal-Karta u tal-Grafika (Federazione della Filiera della Carta e della Grafica) talbet lill-Istat biex jipprovdi liż-żgħażagħ bejn l-etajiet ta' 18 u 25 sena, mira li tolqot mill-inqas 5 miljun qarrej potenzjali, b'kupun għal massimu ta' EUR 100 r-ras maħsub biex ikopri 75 % tal-ispejjeż għax-xiri ta' kotba, ġurnali jew abbonamenti għal rivisti jew gazzetti ta' kuljum;

B.     billi fl-2013 mill-inqas 1,9 miljun persuna waqfet taqra gazzetta ta' kuljum b'mod regolari u 3,6 miljun persuna waqfet taqra pubblikazzjoni perjodika b’mod regolari u li fl-Italja, aktar minn nofs il-popolazzjoni taqra inqas minn ktieb fis-sena;

1.      jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni sabiex jiżdied ix-xiri ta' dawn il-prodotti u biex tappoġġa intrapriżi attivi fis-settur tal-pubblikazzjoni minbarra l-inizjattivi diġà msemmija, billi talloka fondi jew tniedi proġetti li jappoġġaw l-Istati Membri f’dawn l-għażliet.

Avviż legali - Politika tal-privatezza