MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 121kWORD 47k
25.3.2015
PE552.285v01-00
 
B8-0302/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-talba għal asil politiku fl-Italja: ksur tad-dixxiplina Komunitarja min-naħa tal-Greċja, il-Bulgarija u l-Ungerija


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-talba għal asil politiku fl-Italja: ksur tad-dixxiplina Komunitarja min-naħa tal-Greċja, il-Bulgarija u l-Ungerija  
B8-0302/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi, fil-Friuli Venezia Giulia, il-Prefettura ta' Gorizia rrapportat żieda fl-għadd ta' immigranti Afgani u Pakistani li jiġu mill-Greċja, il-Bulgarija u l-Ungerija u jitolbu asil fl-Italja;

B.     billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 tat-18 ta' Frar 2003 (preċedentement il-Konvenzjoni ta' Dublin) jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal asil iddepożitata minn ċittadin ta' pajjiż terz u jispeċifika li l-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni għal asil huwa l-ewwel wieħed li l-applikant ikun qasam il-fruntieri tiegħu illegalment;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni tindaga dwar x'qed jiġri fil-fruntiera Taljana tal-Lvant.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza