MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 109kWORD 42k
25.3.2015
PE552.287v01-00
 
B8-0304/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-twaqqif ta' fond komuni speċjali tal-UE biex jikkumpensa t-telf ekonomiku kbir tal-embargo parzjali kontra r-Russja


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-twaqqif ta' fond komuni speċjali tal-UE biex jikkumpensa t-telf ekonomiku kbir tal-embargo parzjali kontra r-Russja  
B8‑0304/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi, minħabba l-kunflitt Russo-Ukrain, l-Unjoni Ewropea ddeċidiet li tapplika sanzjonijiet ekonomiċi ta' embargo parzjali kontra r-Russja sakemm ma jkunx hemm soluzzjoni paċifika tal-kunflitt;

B.     billi attwalment hemm sospensjoni ta' tali miżuri bħala riżultat tat-tnaqqis temporanju tal-esklazzjoni tal-vjolenza min-naħa tar-Russja;

C.     billi l-UE osservat, sal-lum, telf totali ta' 21 biljun euro fil-forma ta' esportazzjonijiet mitlufa, skont dak li ġie kkonfermat mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin ta' Spanja fl-okkażjoni tal-Kunsill Ewropew tal-Affarijiet Barranin;

D.     billi l-imprendituri Taljani huma fost l-aktar li ġew affettwati b'mod gravi fil-livell Ewropew minn tali embargo;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni biex twaqqaf fond speċjali ddedikat għall-Istati Membri bil-għan li jnaqqas parzjalment jew totalment il-qligħ mitluf tal-kategoriji li ġew affettwati b'mod dannuż, sad-data li fiha jiġu rrevokati s-sanzjonijiet.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza