Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0309/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0309/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-ISIS: reklutaġġ fil-Balkani

18.3.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Mara Bizzotto

B8-0309/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-ISIS: reklutaġġ fil-Balkani

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi s-segretarju tal-komunità Iżlamika fil-Kosovo, Resul Rexhepi, għadu kif ħareġ bl-aħbar allarmanti, li ż-żgħażagħ Kosovari qed jiġu offruti bejn EUR 20 elf u 30 elf biex jingħaqdu fil-ġlieda tal-ġiħadisti tal-Istat Iżlamiku tal-Iraq u tas-Sirja;

B.     billi l-ISIS b'hekk qed juża wkoll lill-Balkani bħala post ta' reklutaġġ għall-ġellieda li jintbagħtu fil-postijiet differenti ta' gwerra, mill-Iraq sas-Sirja, u jgħaddu mil-Libja;

 

C.     billi, la darba jkun tlesta t-taħriġ, dawn il-persuni jmorru lura f'pajjiżhom, u b'hekk huma ta' theddida serja għall-Ewropa kollha; il-fundamentaliżmu Iżlamiku jista' jagħmel pressjoni biex jinfiltra l-ibliet tagħna u jipperikola s-sigurta taċ-ċittadini kollha;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni tintervjeni biex jiġi evitat it-tixrid ta' dan it-tip ta' reklutaġġ.